By Désirée Attard, published on January 8, 2022
Kif konna ktibna ftit taż-żmien ilu, il-Parlament Malti approva numru ta’ bidliet għal kif wieħed jista’ jikseb divorzju. Hawnhekk se nduru dawn il-bidliet fil-qosor.
Iż-żmien li jrid jgħaddi biex wieħed jibda proċess ta’ separazzjoni
Qabel l-2021, biex wieħed jiftaħ kawża ta’ separazzjoni abbażi tal-fatt li l-ħajja miżżewġa tkun impossibbli, kien hemm bżonn li jgħaddu erba’ snin mid-data taż-żwieġ.
L-emendi neħħew dan ir-rekwiżit, u għalhekk, din it-talba tista’ titressaq fi kwalunkwe żmien matul iż-żwieġ.
Iż-żmien li jrid jgħaddi biex wieħed jibda proċess ta’ divorzju
Qabel dawn l-emendi, il-liġi kienet titlob li l-koppja tkun ilha talanqas erba’ snin mill-aħħar ħamsa ma tgħix flimkien, jew tkun ilha separata legalment għall-istess perjodu. Illum, il-liġi titlob dan li ġej fir-rigward tal-perjodi neċessarji:
- Jekk it-talba għad-divorzju ssir mill-konjuġi flimkien, dawn iridu jkunu ilhom ma jgħixu flimkien għal talanqas sitt xhur mill-aħħar sena.
- Jekk it-talba ssir minn konjuġi wieħed kontra l-ieħor, dan il-perjodu jirdoppja, u jsir sena mill-aħħar sentejn.
- Jekk il-konjuġi diġà jkunu separati legalment, mela m’hemm bżonn ta’ l-ebda perjodu ta’ koabitazzjoni.
Il-bqija tar-rekwiżiti neċessarji sabiex wieħed jikseb divorzju f’Malta baqgħu l-istess. Għal informazzjoni jew pariri dettaljati, ikkuntattja lit-tim ta’ esperti tagħna.
Dan l-artiklu ma jikkostitwixxi bl-ebda mod parir legali. Filwaqt li kemm jista’ jkun, nippruvaw nassiguraw li l-informazzjoni fuq dan is-sit tkun aġġornata, jista’ jkun hemm informazzjoni, materjal, jew kontenut li ma jkunx l-iktar riċenti. Inħeġġuk tikkuntattjana għal parir legali personalizzat.
Back